Malta u l-Libja ilhom għal snin twal igawdu relazzjoni tajba bejniethom b’mod partikolari quddiem l-isfidi li ggib maghha l-immigrazzjoni fil-Mediterran.

Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta l-Erbgħa filgħodu kellu laqgħa fid-Dar Ċentrali mal-Ambaxxatur Libjan għal Malta Saadun Suayeh.

Il-Kap tal-PN Bernard Grech fakkar ukoll fis-Summit tal-Partit Popolari Ewropew fejn talab lill-mexxejja Ewropej biex jaghtu kaz l-immigrazzjoni sabiex anke l-Ewropa iggorr il-piz.

F’din il-laqgħa ġiet imfakkra wkoll l-ħidma kontinwa ta’ Gvern Nazzjonalista fi zmien meta l-Libja kienet ghaddejja mill-waqgħa tad-dittatura ta’ Gaddafi … fejn dak iż-żmien pajjizna rega’ serva bħala infermier tal-Mediterran meta laqa’ lil-Libjani feruti li kienu sfaw vittmi f’dak il-glied.

Bernard Grech saħaq li l-Partit Nazzjonalista kien u jibqa’ favur l-iżvilupp sħiħ tal-pajjiż u l-poplu Libjan f’proċess demokratiku u maqbul, għaliex il-poplu Libjan ħaqqu futur aħjar, f’paci u stabbiltà.

Ghal din il-laqgha, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin Carm Mifsud Bonnici.

L-ambaxxatur minn naha tieghu kellu kliem ta’ tifhir ghall-Gvern Nazzjonalista immexxi mill-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi.